Ippubblikat fl-14 ta' Ġunju 2024

Marlene Mizzi nominata bħala l-President il-ġdida Mhux Eżekuttiva ta' Identità

Marlene Mizzi ġiet nominata bħala l-President il-ġdida Mhux Eżekuttiva ta' Identità.

Marlene Mizzi nominata bħala l-President il-ġdida Mhux Eżekuttiva ta' Identità

Mizzi serva bħala President ta' Sea Malta Co. Ltd bejn l-1997 u l-2005, membru tal-Bord tal-BOV (1998-20026), membru tal-Bord u President ta' Malita plc (2022-2024).

 

Mizzi hija eks Membru tal-Parlament Ewropew bejn l-2013 u l-2019, fejn kienet membru ta’ diversi kumitati u ddefendiet id-drittijiet tal-konsumatur, l-ekonomija diġitali, kwistjonijiet soċjali u d-drittijiet tal-annimali. Marlene Mizzi kienet responsabbli għar-Rapport Mizzi - Digital Single Gateway – rapport leġiżlattiv traspost fl-istati membri kollha tal-UE. Kienet ukoll in-negozjatriċi ewlenija dwar it-tnaqqis fit-tariffi tar-roaming fl-UE u nħatret rappreżentant tal-PE fit-tim tan-negozjati tal-Brexit. Fl-2018 Mizzi rebħet il-premju tal-MEP tas-Sena.

 

Fl-2020 hija nħatret bħala ambaxxatriċi mhux residenti għar-Renju tal-Isvezja u r-Renju tan-Norveġja.

 

L-Ambaxxatriċi Mizzi ggradwat b'lawrja b'unuri fl-ekonomija fl-1976 u kompliet l-istudji tagħha fil-Maastricht School of Management, fejn studjat għal grad ta' M.Phil. Il-qasam ta' speċjalizzazzjoni tagħha huwa l-Governanza Korporattiva u l-Bord tad-Diretturi.