Attenzjoni Min Iħaddem u Aġenziji tal-Impjiegi

Ir-Regolament dwar l-Aġenziji tal-Impjieg (Leġiżlazzjoni Sussidjarja 452.130) daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2024.
Dawk l-impjegaturi li l-mudell ta' reklutaġġ tagħhom jaqa' taħt id-definizzjonijiet tal-applikabbiltà ta' dawn ir-regolamenti huma soġġetti għal Liċenzja ta' Aġenzija tal-Impjiegi maħruġa mid-Dipartiment għar-Relazzjonijiet Industrijali u tal-Impjiegi (DIER) u jridu jkunu fil-pussess ta' tali liċenzja qabel ma jissottomettu kwalunkwe applikazzjoni għal permess uniku f'isem kwalunkwe impjegat prospettiv minn pajjiż terz, ma' Identità.
Aġenziji mingħajr liċenzja MHUX se jitħallew jissottomettu applikazzjonijiet ma’ Identità skont ir-regolament il-ġdid.