Viża Nazzjonali tal-Unità Ċentrali tal-Viża - Applikazzjoni għall-Viża

Taqsima Ċentrali tal-Viża

Ħtiġiet

 

L-applikazzjonijiet għall-viża għandhom ikunu bil-miktub u għandhom jagħtu d-dettalji kollha meħtieġa fuq il-Formola tal-Applikazzjoni għall-Viża (din tista' titniżżel minn dan is-sit elettroniku jew tinkiseb minn waħda mill-Missjonijiet Diplomatiċi ta' Malta barra mill-pajjiż).
Il-Formola tal-Applikazzjoni għall-Viża trid tiġi ffirmata mill-applikant, u għandha tinkludi:

 

  • Passaport (li l-validità tiegħu ma għandhiex tkun inqas minn tliet xhur); U
  • ritratt wieħed (1) daqs passaport (bil-kulur, meħud fuq sfond abjad, u l-wiċċ għandu jkun viżibbli b'mod ċar).